Internazzjonali

Il-Papa Franġisku jgħid li jekk saħtu tkompli tmur lura, lest li jirtira

“Jekk saħħti ma tibqax tippermettili, ma neskludix li nirriżenja.”

Sostna dan il-Papa Franġisku hekk kif insista li għalkemm bħalissa mhux qed jikkunsidra dan il-pass….lest iħalli l-bieb miftuħ għal kull possibilità.

Huwa sostna dan fi tmiem żjara Appostolika ta’ sitt ijiem li qatta fil-Kanada hekk kif kien qiegħed iwieġeb lill-ġurnalisti.

Papa Franġisku kompla biex jispjega li qed iqis din iż-żjara bħala test u insista li sakemm ittih saħħtu se jkompli jibqa’ jkun viċin in-nies kemm jista jkun… iżda insista li ma setax jagħti garanziji.

Huwa insista li qed jittama li f’nofs Settembru jkun jista’ jżur lil Kazakhstan fejn mistenni jiltaqa mal-Kap tal-Knisja Ortodossa l-Patrijarka Kirill. Dan filwaqt li insista li xtaq iżur il-Belt Ukrena ta’ Kyiv u spjega li jrid ukoll iżur is-Sudan, żjara appostolika li kienet ġiet ikkanċellata minħabba problemi f’irkoptu.