Sport Sport Ieħor

It-tim Malti jikseb promozzjoni fid-Davis Cup

It-tim Malti tat-tennis kiseb promozzjoni fid-Davis Cup wara li rebħu l-playoff kontra t-tim Iżlandiż. Alex Degabriele kien megħlub minn Rafn Bonifacius fejn wara li rebaħ l-ewwel set 7-6, l-Iżlandiż rebaħ it-tieni set 6-3. Fit-tieni partita kien imiss lil Matthew Asciak kontra Egill Sigurdsson. Matthew beda tajjeb fejn ma ħalliex lill-avversarju jidħol fil-partita. Asciak rnexxielu jegħleb lil Sigurdsson 6-1 6-0 biex ġab lit-tim Malti f’parita.

Fit-tielet partita Matthew Asciak u Alex Degabriele kien imiss jaffrontaw lil Rafn Bonifacius u Daniel Siddall fid-doubles. F’partita mill-isbaħ l-Iżlanda rebħu l-ewwel set 6-4. Fit-tieni set il-Maltin issieltu u rnexxielhom jirbħu t-tieni set 6-4. B’hekk kollox kellu jkun deċiż fit-tielet set.

It-tim Malti rnexxielu jirbaħ it-tielet set 6-1 biex rebħu l-partita u kisbu promozzjoni meritata għat-tim Malti fid-Davis Cup. Fil-partiti preċedenti t-tim Malti għeleb l-isfida tal-Kosovo, l-Azerbaijan u l-Andorra biex komplew javvanzaw fit-tournament.