Lokali

Jean Paul Barbara u Jake Scerri Seychell eletti fl-Eżekuttiv tal-PN

Iż-żgħażagħ Jean Paul Barbara u Jake Scerri Seychell ġew eletti fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Dan kien konfermat miċ-chairperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-PN Peter Fenech.

L-elezzjoni għar-rappreżentanti żgħażagħ saret b’mod parallel mal-votazzjoni għall-Viċi Kap il-ġdid.

Scerri Seychell ġab 475 vot, filwaqt Barbara ġab 595 vot minn fost il-kunsillieri.