L-Ewropa tkompli tinqata mill-provista tal-Enerġija tar-Russja, hekk kif issa anke l-Latvia se tinqatan mill-enerġija minn Moska.
Il-kumpanija Gazprom saħqet li se taqta l-provista tal-gas lill-Latvia, wara diversi akkużi li l-Gvern tal-Latvia kiser ir-regoli fil-kuntratt għall-provista tal-gas.
Madankollu sorsi qiegħdin jindikaw li meta mistqosijja liema regoli kiser il-gvern tal-Latvia, l-kumpanija Gazprom ddeċidiet li ma tirrispondiex.
Lura f’Marzu li għadda l-President tar-Russja Vladimir Putin saħaq li dawk il-pajjiżi li jinsabu ostili lejn r-Russja se jkollom jħallsu għal gas Russu bir-Rubli, madankollu, kienu ħafna dawk li rrifjutaw li jħallsu għal gas Russu b’dan il-mod.
Dan ifisser li l-Latvia issa huwa s-sitt pajjiż Ewropej li qata l-provista tal-gas mis-Russja.
//= $special ?>