Lokali

“Nissaħħu flimkien u nħarsu ‘l quddiem” – Alex Perici Calascione

“Irridu nibnu fuq is-serjeta u nqisu r-realtà ta’ madwarna”

Hekk sostna Alex Perici Calascione fil-Kunsill Ġenerali wara li ġie elett bħala l-Viċi Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista – fejn flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jkun qiegħed ikompli l-proċess ta’ tiġdid tal-Partit.

Filwaqt li rringrazzja lill-eks Viċi Kapijiet David Agius u Robert Arrigo…Alex Perici Calascione sostna li b’dan il-vot huwa issa għandu responsabbiltà kbira fuq ħoġru.

Il-Vici Kap tal-PN insista dwar l-importanza li l-attivisti jxammru l-kmiem f’kull struttura tal-Partit, sabiex ningħaqdu f’aktar ideat u esperjenzi bil-għan li jitfasslu l-aħjar strateġiji għal ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.

Filwaqt li Alex Perici Calascione irringrazzja lill-ħaddiema ta’ MediaLink huwa insista dwar il-bżonn li kulħadd jimxi f’direzzjoni waħda sabiex il-Partit Nazzjonalista jkompli jissaħħaħ.

Alex Perici Calascione twieled fis-17 ta’ Ġunju tal-1962, huwa miżżewweġ u għandu 3 itfal.
Wara li studja fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi huwa kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta sabiex lura fis-86 gradwa bħala Avukat.

Fl-2019 huwa kien nħatar bħala President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista fejn matul it-terminu tiegħu kien mexxa lill-Kumitat f’perjodu ta’ sfidi u kien introduċa wkoll numru ta’ riformi li immodernizzaw lill-Partit.

Tags