Lokali

“Qatt ma bsart li stajt inkun ta’ servizz hekk” – Robert Arrigo

L-aħħar diskors ta’ Robert Arrigo bħala Viċi Kap tal-PN kien wieħed imqanqal immens.

“F’xahar inbidlet ħajti. Imma ridt inkun hawn għax ridt ngħidilkom grazzi, kollha”. Hekk fetaħ id-diskors tiegħu, li kompla billi qal li ddeskriva l-esperjenza tiegħu bħala Viċi Kap bħala waħda sabiħa ferm.

“Qatt ma bsart li stajt inkun ta’ servizz hekk”.

Robert Arrigo tkellem dwar is-suċċessi tiegħu fil-politika, fosthom kif ġie elett dejjem minn żewġ distretti, u dejjem b’vot b’saħtu.

Hu tkellem ukoll dwar l-uġigħ li ġieli ġabet magħha l-mixja politika tiegħu, u qal li hemm lezzjonijiet li l-Pariti irid ikun kapaċi jinbidel fejn hemm bżonn biex jimxi ‘l quddiem.

Arrigo qal li hu baqa’ dejjem jiġbor il-flus għall-Partit għax ħass li hekk kien jistħoqlu.

Hu għadda battuta wkoll lil Alex Perici Calascione li kien għadu kif ġie elett Viċi Kap tal-PN b’vot akbar minn dak li kien kiseb hu stess.

Robert Arrigo qal lil Perici Calascione biex jibqa’ r-raġel li hu fil-ħidma tiegħu bħala Viċi Kap.

Hu qal li l-Partit irid jara li jbiddel dak li mhux jaħdem biex jerġa’ jiġi fuq saqajh.

Fl-għeluq tiegħu, Arrigo għal darboħra rringrazzja lil kulħadd.