Duncan Caruana weħel multa ta’ €1,000 wara li nstab ħati li hedded tliet uffiċjali tal-Pulizija. Dan wara li martu kienet qed tiġi investigata wara inċident bil-karozza u kompliet issuq. L-inċident seħħ lura fil-25 ta’ April tal-2020 f’San Pawl il-baħar.
Caruana kien akkużat li insulta u hedded lill-Surġent tal-Pulizija u żewġ uffiċjali oħrajn. Dan filwaqt li ma’ obdiex l-ordnijiet mill-qorti fuq sentenza li ngħatatlu qabel dan il-każ.
Caruana appella din il-multa quddiem il Maġistrat tal-Ġustizzja Edwina Grima. Madankollu matul l-appell il-Pulizija żvelat li hi kienet rċiviet r-rapport tal-inċident li kienet involuta fih mart l-akkużat aktar kmieni matul il-ġurnata.
Siegħa wara l-Pulizija rċiviet rapport rigward argument li kien għaddej fl-istess lokalita. Il-Pulizija rrispondiet għal dan l-argument, fejn instabet il-vettura li kienet qiegħda issuq mart l-akkużat.
Kienet matul din is-sejba li Caruana hedded lill-Pulizija.
Għalhekk il-Qorti rrifjutat it-talba għall-appell.
//= $special ?>