Indjan ta’ 28 sena residenti Birkirkara tressaq il-Qorti akkuzat li aggredixxa waħda minn tliet persuni li kienu marru joqogħdu fl-istess appartament fejn kien qed jgħix ma’ ħames persuni oħra.
Fil-Qorti instema’ kif kollox seħħ wara li l-akkużat ma riedx li jiżdiedu aktar nies sabiex joqgħodu fl-appartament hekk kif il-ftehim kien għal sitt persuni biss.
L-inċident seħħ nhar il-Ħamis 28 ta’ Lulju.
Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli intqal kif tnejn minn sħabu bdew jinsulentawh u saħansitra qabduh minn għonqu. Kien f’dan il-mument li allegatament l-imputat irritalja billi uża l-keychain li kellu f’idu.
Meta l-Pulizija ġiet infurmata u marret fil-post, sabu lill-imputat fi triqtu lejn l-Għassa ta’ Birkirkara biex iċedi ruħu.
L-akkużat ammetta għall akkuzi migjuba kontrih u kkoopera mal-Pulizija kemm waqt l-interrogazzjoni kif ukoll fi stadju aktar tard.
Intant il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei u ġie eżaminat fid-Dipartiment tal-Emerġenza, fejn irriżulta li kellu biss xi brix.
Intant, il-Maġistrat Demicoli tat sentenza ta’ erba’ xhur sospiża għal sena u ordnat lill-akkużat biex ma jkellimx lill-vittma għal perjodu ta’ sentejn
//= $special ?>