Lokali

Raġel mill-Isla rrapportat nieqes

Jon Charles Seabrook, ta’ 38 sena mill-Isla, kien irrapportat nieqes lill-Pulizija.

L-aħħar li deher huwa kien liebes kappell kannella, shorts kannella u flokk abjad.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija anke b’mod anonimu.

Fl-aħħar xhur kienu rrapportati 3 persuni oħra nieqsa…li għadhom ma nstabux.

Dawn huma Carmelo “Charlie” Fino raġel ta’ 83 sena li ħareġ mir-residenza San Vinċenz fis-satra tal-lejl, Salvu Bonnici raġel ta’ 70 sena li deher l-aħħar fil-Gudja u Doaa Kaseem, tfajla ta’ 17-il sena li l-aħħar li ntlemħet kienet f’Santa Venera.

Charlie Fino
Salvu Bonnici
Doaa Kaseem