Illum tilħaq il-qofol tagħha l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista, b’Alex Perici Calascione jkun l-uniku persuna li qed jikkontesta din l-elezzjoni. Il-votazzjoni fetħet fit-8am, u sa x’ħin għalqet kienu vvutaw 71% tal-kunsillieri eliġibbli.
Għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu, fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, f’Tal-Pieta xeħet il-vot tiegħu Bernard Grech akkumpanjat mis-Sinjura AnneMarie Grech.
F’din l-elezzjoni qed issir ukoll votazzjoni għal żewġ rappreżentanti żgħażagħ li se jieħdu posthom fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Għal din l-elezzjoni qed jikkontesetaw ħames żgħażagħ: Jake Scerri Seychell, Nina Briffa, Ryan Cachia, Jean Paul Barbara u Armando Xerri.

Il-Kunsillieri tal-Kunsill Ġenerali huma mitlubin jippreżentaw il-Karta tal-Identità.
Intant hekk kif jagħlaq il-ħin tal-votazzjoni, jibda immedjatament il-proċess tar-rikonċiljazzjoni, is-sorting u l-għadd tal-voti … bil-proċess kollu mistenni jintemm għall-ħabta tas-5pm.
Wara li jitħabbar ir-riżultat ta’ din l-elezzjoni, jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali fejn mistenni jsiru diskorsi minn David Agius, Robert Arrigo, Alex Perici Calscione kif ukoll mill-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Bernard Grech.
Intant, Bħal dejjem, NET Television, NET FM u NETnews.com.mt se jkunu qed iżommukom kontiwament aġġornati b’dak li jkun għaddej matul il-proċess kollu, fosthom bi programm speċjali li jibda fl-4pm fuq NET Television u NET FM, b’diskussjoni fl-istudio ppreżentat minn Dione Borg u Roberta Bonello.
