“Esperjenza li se nġorr miegħi matul ħajti kollha”
Hekk stqarret ma’ Net News ir-rebbieħa tas-46 edizzjoni tal-konkors l-Għanja tal-Poplu, Alexia Micallef, hekk kif is-Sibt filgħaxija rebħet dan il-konkors bil-kanzunetta ‘Fil-Kexxun’.
Alexia spjegatilna li l-messaġġ wara d-diska ‘Fil-kexxun’, bi kliem u mużika ta’ Lon Kirkop, jitratta il-problema tal-‘eating disorders’.
Hija tkellmet ukoll dwar kemm ilha taħdem biex tipperfezzjoni kemm id-diska, kif ukoll il-preżenza tagħha fuq il-palk.
Għal dan il-festival kienu sottomessi 131 kanzunetta li minnhom 16 għaddew għas-serata finali li saret fi Pjazza Teatru Rjal fil-Belt Valletta. Fit-tieni post klassifikat id-diska ‘Ismi’ kantata minn Maria Bellia.
Filwaqt li l-kanzunetta ‘Ħelu Manna’ interpretata mill-grupp Mara klassifikat fit-tielet post.
//= $special ?>