L-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Mario Mifsud bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ San Ġużepp fl-Imsida.
Dun Mario Mifsud twieled Ħ’Attard fis-17 ta’ Mejju 1963 u rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola statali tal-Ħamrun, is-sekondarja fil-Liċeo, il-Ħamrun u fis-Seminarju Minuri.
Qabel ma daħal għall-formazzjoni saċerdotali fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, fl-1988 ggradwa bħala accountant mill-Università ta’ Malta.
Huwa ġie ordnat saċerdot fis-16 ta’ Settembru 1994 u beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kappillan fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien. Fl-1996 nħatar kappillan tal-parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes f’Raħal Ġdid. Fl-2003 kien kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Marija fil-Qrendi u fl-2014 beda jservi ta’ kappillan fil-parroċċa tal-Immakulata
Kunċizzjoni fil-Ħamrun.
Il-parroċċa ta’ San Ġużepp fl-Imsida tiġbor fiha madwar 8,500 persuna.
//= $special ?>