Minn informazzjoni li kiseb Net News jidher li hemm dħana kbira fl-inħawi ta’ Kordin wara l-grawnd tal-hockey, viċin l-MCAST.
Jidher li n-nirien bdew minn zona fejn jinżammu ħafna inġenji u trailers.
S’issa għadu mhux magħruf x’wassal biex jinfirxu dawn in-nirien u jekk hemmx persuni involuti.
Bħalissa fuq il-post hemm numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar sabiex jikkontrollaw in-nirien kif ukoll żewġ ambulanzi.
Iktar informazzjoni hekk kif taslilna.