L-aħħar fdalijiet tar-rokit taċ-Ċina li kqanqlu t-tħassib waqt l-aħħar fażi tal-inżul lejn id-dinja spiċċaw f’zona li tkopri partijiet mill-Oċean Paċifiku u l-Oċean Indjan. L-inżul ma kienx wieħed ikkontrollat u fl-aħħar sigħat, l-aġenzija tal-ispazju taċ-Ċina qalet li ħafna mill-fdalijiet tar-rokit ‘Long March 5’ inħarqu fl-atmosfera u li l-fdalijiet li ma nħarqux spiċċaw fil-Baħar ta’ Sulu, fir-reġjun tal-Paċifiku.
Għalkemm diversi osservaturi, fi tmiem il-ġimgħa, esprimew inkwiet dwar il-fdalijiet tar-rokit, l-esperti kienu ilhom jgħidu li l-probabbiltà li l-fdalijiet jinżlu qalb xi zona residenzjali kienet minima għall-aħħar.
Madankollu, l-iżviluppi qed jidhru li ħarrxu d-dibattitu dwar il-ħtieġa li l-aġenziji inkwistjoni jieħdu responsabbiltà għad-debri li jinżel lura fid-dinja mill-ispazju. Dan meta l-aġenzija NASA tal-Istati Uniti ilha ssejjaħ biex l-aġenzija tal-ispazju Ċiniża tipproduċi rokits li kapaċi jiddisintegraw f’partijiet iżgħar ladarba jmissu mal-orbita tad-dinja waqt il-proċess tal-inżul – u bħalma titlob il-proċedura fuq livell internazzjonali.
//= $special ?>

