Il-faqar ma jinħoloqx mill-bniedem iżda huma s-sistemi tal-pajjiż li joħolquh. Hekk stqarr ma’ Net News Fr Marcellino Micallef, li jmexxi s-Soup kitchen fil-Belt Valletta…. organizzazzjoni li toffri l-ikel b’xejn lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna.
Waqt l-intervista Fr Marcellino qal li minbarra l-għoli tal-ħajja, u nuqqas ta’ ikel, l-aktar problema li pajjiżna qiegħed jaffaċja bħalissa, hija l-ammont ta’ nies li jinsabu mingħajr saqaf fuq rashom.
Dawn il-fatti saħansitra kkonfermathom il-gazzetta t-Torċa li rrapurtat żieda ta’ 13% fl-ammont ta’ nies li jinsabu reqdin fit-toroq, mingħajr saqaf fuq rashom.
Fr. Marcellino stqarr li ta’ kuljum, madwar 80 u 100 persuna jitolbu l-għajnuna tas-soup kitchen bl-għan li jkollhom xi ħaġa tal-ikel sabiex jitrejqu.
//= $special ?>