Minn stqarrija li ntbagħtet mill-Pulizija aktar kmieni dagħlodu, jidher li nstab qawwi u sħiħ Jon Charles Seabrook.
Jon Charles Seabrook kien rrapurtat nieqes lbieraħ fit-30 ta’ Lulju.
Madankollu wara tfittxija estensiva mill-korp tal-Pulizija, jidher li Jon Charles Seabrook nstab qawwi u sħiħ.
Filwaqt li l-Pulizija tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu f’din it-tfittxija, tixtieq ukoll tfakkar li s’issa għad hemm tliet minn nies oħra li għahom nieqsa. Dawn jinkludu –
Carmelo “Charlie” Fino raġel ta’ 83 sena li ħareġ mir-residenza San Vinċenz fis-satra tal-lejl, Salvu Bonnici raġel ta’ 70 sena li deher l-aħħar fil-Gudja u Doaa Kaseem, tfajla ta’ 17-il sena li l-aħħar li ntlemħet kienet f’Santa Venera.
//= $special ?>