Internazzjonali

Krimea: Jitħassru ċ-ċelebrazzjonijiet għall-Jum iddedikat lill-qawwiet tal-baħar Russi

ST PETERSBURG, RUSSIA – JULY 25, 2021: Russia's President Vladimir Putin reviews warships before the main naval parade marking Russian Navy Day in the Gulf of Finland. Alexei Nikolsky/Russian Presidential Press and Information Office/TASSÐîññèÿ. Ñàíêò-Ïåòåðáóðã. Ïðåçèäåíò ÐÔ Âëàäèìèð Ïóòèí âî âðåìÿ îñìîòðà êîðàáëåé â Ôèíñêîì çàëèâå ïåðåä íà÷àëîì Ãëàâíîãî âîåííî-ìîðñêîãî ïàðàäà â ÷åñòü Äíÿ Âîåííî-ìîðñêîãî ôëîòà Ðîññèè. Àëåêñåé Íèêîëüñêèé/ïðåññ-ñëóæáà ïðåçèäåíòà ÐÔ/ÒÀÑÑ

Ir-Russja, fl-aħħar sigħat, iddeċidiet li tħassar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum iddedikat lill-Qawwiet tal-Baħar Russi fit-territorju okkupat tal-Krimea.

Il-Flotta Russa fil-Baħar l-Iswed ilha s-snin stazzjonata f’Sevastopol u Mikhail Razvozhayev, il-Gvernatur ta’ din l-akbar belt tal-Krimea, qal li ċ-ċelebrazzjonijiet hemmhekk tħassru minħabba allegat attakk bid-drones tal-qawwiet Ukreni fuq il-kwartieri-ġenerali tal-Flotta Russa.

Il-Jum iddedikat lill-Qawwiet tal-Baħar Russi hu ċċelebrat kull sena bħala vaganza fir-Russja. Intant, l-avveniment qed ikun iċċelebrat fi bnadi oħra tar-Russja, bil-President Russu, Vladimir Putin, illum, jattendi l-programmi kommemorattivi fil-belt ta’ San Pietruburgu.

Sadanittant, l-awtoritajiet Ukreni ċaħdu għad-diskors tal-Gvernatur Razvozhayev bħala ‘provokazzjoni’ waqt li tennew li ‘l-Ukrajna qed taħseb biex tieħu lura l-Krimea u tillibera lill-poplu ta’ din il-penisola’.

Il-qawwiet Russi, fl-2014, kienu ħatfu l-Krimea lill-Ukrajna, bil-Kremlin ta’ Moska jgħaqqad dan it-territorju mal-artijiet l-oħra tar-Russja. L-invażjoni u l-ħtif tal-Krimea kienu qanqlu kundanna fuq livell internazzjonali flimkien ma’ sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja.