Lokali

Mara weġġgħet gravi wara ħabta bil-quadbike

Mara Taljana ta’ 29 sena ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi wara inċident bil-quadbike.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30pm ta’ filgħaxijja, fi Triq San Anard, fir-Rabat, Għawdex.

Minn investigazzjonijiet prelimenarji jidher li raġel Taljan ta’ 29 sena, li kien qiegħed isuq il-quadbike u li miegħu kellu wkoll lill-mara Taljana ta’ 29 sena, tilef il-kontroll tal-quadbike u spiċċa ħabat ma’ ħajt.

Fuq il-post issejħet l-ambulanza, li ħadet lill-persuni l-Isptar ta’ Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura, fejn iktar tard, ir-raġel li kien qiegħed isuq ġie iċċertifikat li ġrieħi ħfif, filwaqt li l-mara li kienet passiġġiera sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Tags