Lokali Parlament

Ministri għadhom jaħarbu mill-mistoqsijiet fil-Parlament

Mhuwiex biss il-Prim Ministru Robert Abela li qed jaħrab il-ħin tal-mistoqsijiet fil-Parlment u jiddedika nofs siegħa fil-ġimgħa jwieġeb mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni hekk kif ikun qed isir l-iskrutinju tal-amministrazzjoni pubblika – tal-membri tal-Kabinett – dwar il-governanza tal-pajjiż.

Huma diversi ministry fil-Kabinett ta’ Robert Abela li qed jittiħdu mill-attitudni tax-xejn mhu xejn u a jwieġbux mistoqsijiet parlamentari li kien hi l-ħobbligu lli tagħmel, jitressqu fil-Parlament mill-membri tal-Oppożizzjoni. Mistoqsijiet li ħafna drabi u fil-maġġoranza kbira jsiru f’isem il-pubbliku, f’isem ir-residenti, dwar diversi materjo lil jolqtu direttament lir-residenti u li ma jingħatawx widen mid-dipartimenti u l-uffiċċji pubbliċi tal-gvern.

Qed ikun hem ukoll diversi mistoqsijiet li qed isiru mill-Oppożizzjoni fl-iskrutinju tagħha li tkun viġilanti fuq il-governanza tal-Gvern li ħafna drabi tippreferi li tipposponi t-tweġibiet gġax ma tkun komda li tagħmel dan.

Filjiem li għaddew iIl-Mument innotat li każ tiiku ta’ din l-arroganza tal-gvern hu dak ta’ sensiela ta’ mistoqsijiet li ressqet fil-Parlament id-Deputat Nazjzonalista Rebekah Cilia lill-Gvern lill-Ministru Clayton Bartolo, bilMinistru fil-Kabinett ta’ Robert Abela jibqa’ jipposponi biex jgħaddi s-sajf, il-Parlament ikun wieqaf, u l-mistoqsijiet li jindirizzaw materji li qe djesperjenzaw in-nies dan issajr imutu mewta naturali.

Id-Deputat Nazzjonalista Rebekah Cilia għamlet diversi mistoqsijiet lill-Ministru Clayton Bartolo dwar il-kiri ta’ deckchairs u umbrelel f’diversi bajjiet f’Malta, f’Għawdex u f’Kemmuna għal matul dawn il-ġmgħat tas-sajf, u r-risposta dejjem kienet is-segwenti: “Tweġiba tingħata f’seduta oħra”.

Il-Ministru Clayton Bartolo kien mistoqsi wkoll b’mod verbali mid-Deputat Nazzjonaista Rebekah Cilia u r-risposta kienet simili u ma fiha xejn sustanza: “no comment”.

Mitluba tikkummenta dwar dan u dwar it-tweġibiet xotti li qed tingħata, Rebekah Cilia staqsiet għal liema raġuni l-Ministru Bartolo qed jaħrab milli jwieġeb?

Il-Ministru responsabbli mit-turiżmu li sal-lum ħarab milli jwieġeb u stenna l-Parlament jagħlaq għall-vaganzi tas-sajf sabiex jevita milli jirrispondi l-Mistoqsijiet Parlamentari mressqa f’dan ir-rigward.

Id-Deputat Nazzjonalista sostniet li l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari f’kull seduta huwa ħin importanti biex isir l-aħjar u l-aqwa skrutinju possibbli tal-Gvern mill-Parlament.

Din hi attitudni li qed jiddakkru minnha ħafna membri tal-Gvern ta’ Robert Abela li mhux imexxi bl-eżempju u jaħrab lill-Oppożizzjoni u qed jaħrab milli jkun onest mal-poplu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u juri biċ-ċar li qed jinjora lill-Parlament.