Wara nuqqas ta’ sentejn kawża tal-pandemija, il-Junior Choir and Orchestra, fi ħdan l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tal-Mellieħa, se ttella’ il-kunċert annwali għas-sena 2022 għada t-Tnejn l-1 t’Awwissu fi Triq il-Parroċċa l-Mellieħa, quddiem is-sede tal-istess Għaqda.

Għal dan il-kunċert, li se jkun magħmul minn nukleu ta’ mużiċisti tfal u żgħażagħ Melleħin kif ukoll studenti ta’ din l-istess Għaqda, l-għażla mużikali se tikkonsisti minn għażla vasta ta’ mużika li tolqot il-gosti ta’ kulħadd, fosthom mużika klassika, mużika pop, mużika tal-films, mużika moderna u ħafna aktar.
Il-Junior Choir and Orchestra se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Wayne Bartolo, filwaqt li l-kor tħejja minn Kristina Marie Vella.
Il-kunċert, li qiegħed isir b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ bis-saħħa tal-iskema A4U, jibda fis-19.30 u huwa miftuħ għall-pubbliku.
Din is-sena, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina qiegħda tiċċelebra l-75 sena mit-twaqqif tagħha u għalhekk, nhar il-Ġimgħa 19 t’Awwissu, se jkun qiegħed isir kunċert ieħor minn din l-istess Għaqda fl-istess post sabiex jitfakkar dan l-anniversarju.
Imbagħad ikun imissi l-appuntament annwali ta’ din l-Għaqda, nhar il-Ħamis l-1 ta’ Settembru, fejn l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina ttella’ l-kunċert annwali fil-Pjazza tal-Parroċċa fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa, kunċert li kiseb popolarita’ kbira u li jkun mistenni minn ħafna, bil-kor u l-orkestra jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro Michael Bonanno.
//= $special ?>