Ungeriża ta’ 31 sena residenti San Ġiljan weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur. L-inċident seħħ għal ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ waranofsinhar fil-Ponta ta’ Tignè, Tas-Sliema.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qiegħda ssuq, tat-tip Yamaha u waqgħet.
Aktar tard, il-vittma ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>