Fl-aħħar 24 siegħa tilfet ħajjitha persuna oħra waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19. Dan ifisser li l-fatalitajiet kawża tal-virus issa qed jammontaw għal 794.
Bejn is-Sibt u l-Ħadd ġew irreġistrati 58 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 222 persuna. Għaldaqstant il-każi attivi naqsu għal 1,775.
L-ebda informazzjoni oħra m’hi qed tingħata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, fosthom l-etajiet tal-vittmi u l-ammont ta’ pazjenti li hem rikoverati fl-Isptar Mater Dei.
Intant dawk li jagħmlu swab test id-dar permezz ta’ self kit test, u eventwalment jittestjaw pożittiv, huma mħeġġa sabiex jagħmlu kuntatt mal-awtoritajiet konċernati għal fini ta’ contact tracing.