Lokali

Żagħżugħ weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza

Żagħżugħ Olandiż ta’ 21 sena kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi, wara li ntlaqat minn karozza fi Triq D’Agens, il-Gżira.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7 pm, hekk kif skont investigazzjonijiet prelimenarji jidher li r-raġel intlaqat minn Toyota Corolla li kienet qiegħda tinstaq minn Sirjan ta’ 28 sena resident ĦażŻebbuġ.

Fuq il-post issekħet ambulanza fejn offriet l-ewwel għajnuna liż-żagħżugħ u aktar tard ittieħed lIsptar Mater Dei fejn ġie iċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejja.

Tags