Internazzjonali

Ewropa: Ikomplu t-temperaturi insapportabbli

Reġghu zdiedu t-temperaturi fi Franza, Spanja u l-Portugall, hekk kif anke l-bidu ta’ Awwissu qed ikun immarkat minn sħana estrema.

Din is-sitwazzjoni, intant, qed twassal għal aktar kazi ta’ nirien, fosthom fit-Tramuntana ta’ Lisbona (fil-Portugall) u anke fi Franza fejn kellhom jingħalqu numru ta’ toroq prinċipali.

L-awtoritajiet fi Franza ikkonfermaw li erba’ pumpieri spiccaw feruti waqt li kienu qed jikkumbattu n-nirien, b’wieħed minnhom jiddaħħal l-isptar minhabba l-giriehi serji li ġarrab b’kaġun tal-ħruq.

Is-sitwazzjoni tas-sħana, sadanittant, mistennija tkompli twassal għal ċirkostanzi insapportabbli għal għexieren ta’ eluf ta’ nies madwar il-kontinent.