Formula 1 Sport

Formula 1: Rebħa oħra għal Max Verstappen

(Ritratt: EPA)

Minkejja li telaq mit-tmien post fil-grid, iċ-champion tad-dinja Max Verstappen fuq Red Bull rebaħ il-Grand Prix tal-Ungerija biex kiseb it-tmien rebħa tiegħu f’dan l-istaġun u kompla jkabbar il-vantaġġ tiegħu fil-klassifika fejn issa għandu 80 punt vantaġġ fuq Charles Leclerc.

Għat-tieni Grand Prix konsekuttiv, iż-żewġ Mercedes ta’ Lewis Hamilton u George Russell spiċċaw fuq il-podium. Ġurnata oħra diżastruża għal Ferrari fejn Carlos Sainz spiċċa biss fir-raba’ post u Charles Leclerc fuis-sitt post. Għal darb’oħra t-tattika ta’ Ferrari kienet fatali għalihom, b’Charles Leclerc jissejjaħ mhux fil-mument opportun fil-pit, u b’Carlos sainz idum ħafan fil-pit fit-tielet daħla tiegħu għall-bdil tat-tyres.

Max Verstappen bis-saħħa ta’ dan is-suċċess issa huwa l-ikbar favorit li jżomm it-titlu.

Kif spiċċaw:

1. Max Verstappen

2. Lewis Hamilton

3. George Russell

4. Carlos Sainz

5. Sergio Perez

6. Charles Leclerc

7. Lando Norris

8. Fernando Alonso

9. Esteban Ocon

Klassifika sewwieqa

1. Max Verstappen 258

2. Charles Leclerc 178

3. Sergio Perez 173

4. George Russell 158

5. Carlos Sainz 156

6. Lewis Hamilton 146

7. Lando Norris   76

8. Esteban Ocon   58

9. Valtteri Bottas   46

10. Fernando Alonso   41

Klassifika kostrutturi:

1. Red Bull 431

2. Ferrari 334

3. Mercedes 304

4. Alpine Renault   99

5. McLaren   95

6. Alfa Romeo   51

7. Haas   34

8. Alphatauri   27

9. Aston Martin   20

10. Williams    3