Caroline Garcia, seed numru ħamsa għelbet lir-Rumena Ana Bogdan f’żewġ sets 6-4, 6-1, biex rebħet l-Open tal-Polonja. Għal Garcia dan kien it-tieni suċċess tagħha din is-sena u d-disa’ titlu WTA mirbuħ fil-karriera tagħha. Il-Franċiża kienet qed tilgħab fit-12-il finali tagħha u bbażat ir-rebħa tagħha fuq service mill-aqwa fejn kisbet 72 fil-mija tal-punti tagħha bis-saħħa tal-ewwel service tagħha.
Dan b’kuntrast mal-avversarja tagħha Bogdan li rebħet biss 47 fil-mija tal-punti tagħha bis-saħħa tal-ewwel service tagħha. Dan hu bla dubju mument tajjeb għal Caroline Garcia li rebħet tmintax mill-aħħar 21 logħba tagħha. Garcia eks numru erbgħa fir-rankings dinjija, fil-kwartifinali tal-Open tal-Polonja għelbet lin-numru wieħed tad-dinja Iga Swiatek, biex b’hekk temmet il-mixja pożittiva ta’ Swiatek fuq it-tafal, serje li kienet ta’ 18-il rebħa konsekuttiva.
Il-konfront bejn Ana Bogdan u Caroline Garcia kien it-tieni wieħed bejn dawn iż-żewġ tennisti, b’żewġ rebħiet għal Garcia.
//= $special ?>