Il-kumpanija, li tbiegħ firxa ta’ materjali ta’ l-irħam u l-granit rinomat, issa qed toffri ukoll servizz b’differenza. “Il-mira tagħna hija li nkunu one-stop-shop fl-industrija tagħna. Permezz ta’ HMV Supplies ser inkunu qed intejbu s-servizz billi noffru varjetà wiesgħa ta’ prodotti kemm lil klienti eżistenti u anke lil dawk li jaħdmu fis-suq residenzjali, kif ukoll ħaddiema fis-settur, kuntratturi u dawk li qed ifittxu li jlestu xi proġetti ‘DIY’” spjega il-Kap Kummerċjali Owen Farrugia.
Id-Deċiżjoni ġiet wara li kien hemm ħtieġa speċifika li jiġu indirizzati inkonvenjenzi li kien hemm fis-suq, fejn wieħed ikollu jidħol f’diversi ħwienet biex jinqeda minn diversi prodotti, issa jista’ jsib kollox f’ħanut wieħed.
HMV Supplies joffri firxa estensiva ta’ prodotti, fosthom: prodotti ta’ kwalità għall-kura tal-ġebel, kolla, materja prima, ċagħaq, profili, ‘grouting’, tagħmir għas-saħħa u s-sigurtà, għodod, madum taċ-ċermica, oġġetti sanitarji, aċċessorji tal-kmamar tal-banju, ġebel naturali u sollijiet maqtugħin lesti, u dan kollox disponibbli u fl-istokk.
Kevin Rapinett, il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp qal: ”Wara r-rinnovazzjoni tax-‘showroom’ tal-Mosta u tlestija ta’ f’Ħal Far, il-ftuħ tal-ħanut tagħna huwa pass ieħor importanti fit-tkabbir tal-vjaġġ ta’ Halmann Vella Group. Minkejja l-isfidi tal-industrija matul l-aħħar xhur, aħna komplejna bl-impenni tagħna permezz ta’ numru ta’ proġetti ewlenin li nħaddmu bl-ikbar passjoni u professjonalita u li sebħu diversi ispazji u faċċati f’Malta.”
