Lokali

Il-PN jappella lill-Gvern biex iħares l-interessi tal-konsumatur

Mill-Arkivji

Il-Partit Nazzjonalista qed isegwi mill-qrib l-iskandlu ta’ tbagħbis fil-mileage ta’ karozzi second hand impurtati mill-Ġappun u qed jistaqsi f’liema stadju waslet l-investigazzjoni. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Kelliema tal-PN Rebekah Cilia.

Il-Partit Nazzjonalista ma jridx li każ bħal dan jerġa’ jirrepeti ruħu u għalhekk, qed jistaqsi ghal rendikont tal-passi li ttieħdu mill-awtoritajiet ikkonċernati kontra l-importaturi ta’ dawn il-karozzi biex issir ġustizzja ma’ dawk li ngidmu f’dan l-iskandlu.

Il-Partit Nazzjonalista qed jistaqsi wkoll x’tibdiliet saru, jew mistennija li jsiru, fl-operat tal-awtoritajiet ikkonċernati biex ikunu ssalvagwardjati d-drittijiet tax-xerrejja futuri.

Għal darb’ohra, il-Partit Nazzjonalista qed jappella lill-Gvern biex l-interessi tal-konsumatur ikunu mħarsa.