Lokali

Il-popolazzjoni f’pajjiżna qed tiżdied b’10,000 persuna kull sena

Ippubblikati r-riżultati taċ-ċensiment nazzjonali

Il-popolazzjoni f’pajjiżna laħħqet il-livell ta’ 519,562 persuna – żieda ta’ 25% meta mqabbel mal-2011 – bl-akbar lokalitajiet ikunu San Pawl il-Baħar, Birkirkara u l-Mosta.

Il-popolazzjoni ta’ San Pawl il-Baħar irduppjat, u issa qabżet it-32,000 resident.

Dawn iċ-ċifri kollha joħorġu miċ-ċensiment nazzjonali illi sar is-sena li għaddiet. Matulu, issir analiżi tas-soċjetà tagħna fuq diversi livelli – bir-riżultati ġew ippubblikati aktar kmieni illum.

Għall-ewwel darba dan iċ-ċensiment wera li f’pajjiżna hawn aktar irġiel milli nisa. Bl-analiżi turi wkoll li l-popolazzjoni qed tiżdied b’10,000 persuna kull sena.

Tas-Sliema hija l-aktar zona f’pajjiżna fejn hemm densità ta’ popolazzjoni; fi kliem sempliċi, konċentrazzjoni ta’ ħafna nies f’zona żgħira tal-pajjiż.

Iċ-ċensiment juri wkoll li wieħed minn kull ħames persuni f’pajjiżna huwa barrani.