Sport Sport Ieħor

It-Timijiet Nazzjonali Maltin fl-44 edizzjoni tal-Olimpijadi taċ-Ċess f’Chennai, l-Indja

Il-kontinġent Malti taċ-Ċess kompost miż-żewġ timijiet nazzjonali jinsab f’Chennai, l-Indja sabiex jieħu sehem fl-44 edizzjoni tal-Olimpijadi taċ-Ċess.  Wara ċ-ċerimonja tal-ftuħ li saret nhar il-Ħamis 28 ta’ Lulju, bil-logħob jibda l-għada l-Ġimgħa u jintemm fl-10 ta’ Awwissu.  Malta hija fost il-185 pajjiż li ser jieħdu sehem.  Dan huwa numru rekord ta’ pajjiżi li qed jipparteċipaw mill-aħħar Olimpjadi li saru f’Batumi, Georgia fl-2018.

It-tim tal-irġiel taħt it-tmexxija ta’ Robert Novak, huwa iffurmat minn Candidate Master (CM) Colin Pace,  CM Jake Darmanin, CM Duncan Vella, CM David Cilia Vincenti u Jack Mizzi.  Għal Jack dan huwa l-ewwel Olimpjadi tiegħu.   It-tim tan-nisa huwa magħmul minn Woman Fide Master (WFM) Filipina Thornton, WFM Jamie Farrugia, Woman Candidate Master (WCM) Uranchimeg Psaila, Milena Stagno u Hayley Thornton.  Għal Hayley fl-eta’ ta’ ħdax il-sena, dan huwa l-ewwel debutt tagħha fl-Olimpijadi.     

Fide Master (FM) Geoffrey D. Borg, il-president tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċess (MCF) u  Adrian Mizzi huma d-delegati responsabbli mill-kontinġent Malti.  Malta hija wkoll rappreżentata minn Noel Grima li qiegħed jagħti sehmu fuq livell internazzjonali f’dawn l-Olimpijadi bħala arbiter