Illum, għall-ħabta tad-9:30am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar .
Il-Pulizija marret immedjatament fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn karozza BMW misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti il-Mellieħa u mutur Honda, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Iklin.
Is-sewwieq tal-mutur ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>