Nies li qabdu l-ajruplan kmieni dalgħodu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fissru magħna l-esperjenza li għaddew minnha meta sabu ma wiċċhom kjuwijiet twal biex jagħmlu check-in. B’riżultat li xi titjiriet kellhom jitilqu tard minn pajjiżna.
F’dan iż-żmien tas-sena, il-volum ta’ niex li jgħaddu mill-MIA dejjem ikun wieħed qawwi.
Fuq waħda mit-titjiriet, il-kaptan stqarr li l-problema tad-dewmien kienet dovuta għall-fatt li ma hemmx staff biżejjed. Din hija problema kbira li qed tinħass f’diversi ajruport madwar l-Ewropa kollha.
“Min se jsiefer għandu jaħseb aktar kmieni”, stqarret magħna mara li qabdet titjira kmieni dalgħodu.
//= $special ?>