Lokali

Jitnieda ktieb ġdid bl-isem ‘VJAĠĠ – towards social connectedness’

Fl-għeluq l-10 anniversarju tagħha, il-Fakultà għall-Benessri Soċjali ppubblikat il-ktieb bl-isem “VJAĠĠ – towards social connectedness” – ktieb li ġie ppubblikat fit-22 ta’ Lulju li għadda.

Natalie Kenely, lettur fl-Università ta’ Malta u l-editur ta’ dan il-ktieb, intervistat ħames persuni li huma kollha rinomati fl-oqsma professjonali rispettivi tagħhom, b’kull wieħed jitkellem dwar wieħed mill-ħames valuri li huma pilastri ta’ din il-Fakultà. “VJAĠĠ” jinkludi n-narrattivi tagħhom.

Stephania Dimech Sant, CEO ta’ Richmond Foundation tkellmet ma’ Natalie Kenely dwar il-valur tar-Rispett. Minn naħa tagħha, Claudia Taylor-East, CEO ta’ SOS Malta ddiskutiet il-valur tas-Solidarjetà. Natalie Kenely tkellem ma’ Peppi Azzopardi, ġurnalist u xandar dwar il-valur tad-Demokrazija, u ma’ Joseph M. Camilleri, eks Chairperson tal-KNPD, dwar il-valur tal-Onestà. Fl-aħħarnett, Kenely intervistat lil Danielle Vella, Global Reconciliation Program Manager, dwar il-valur tas-Sostenibbiltà.

Fi kliem Natalie Kenely stess, dan il-ktieb huwa vjaġġ fl-iskoperta mill-ġdid tal-konnessjoni inequivocabbli li teżisti bejn il-bnedmin, bħala membri ta’ soċjetà marbuta b’mod tant inseparabbli ma’ xulxin, bħala nies li l-għażliet u l-azzjonijiet tagħhom dejjem jolqtu lill-oħrajn.