l-kowċ Jonathan Holland inħatar fit-tmexxija tal-iskwadra nazzjonali ta’ taħt it-18-il sena, kif ukoll Assistent Kowċ tal-iskwadra nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena. L-aħbar tasal ftit tal-ġimgħat wara li Holland ħalla l-pożizzjoni tiegħu bħala Assistent Kowċ tal-iskwadra ewlenija ta’ Birkirkara F.C.
Holland mhux wiċċ ġdid għall-iskwadri nazzjonali. Hu lagħab 18-il darba mal-iskwadra ewlenija, 17-il darba mal-iskwadra nazzjonali ta’ taħt il-21 sena u kien ukoll captain tal-iskwadra nazzjonali ta’ taħt it-18-il sena. Matul il-karriera tiegħu bħala plejer, Holland lagħab 300 darba u skurja 55 gowl, fosthom bil-flokkijiet ta’ Floriana FC u Birkirkara F.C., inkluż fil-kompetizzjonijiet Ewropej, kif ukoll ma’ Hamrun Spartans Football Club. Hu wkoll eks plejer ta’ Bradford Park Avenue A.F.C. fl-Ingilterra, u Nairn County FC fl-Iskozja.
Mindu rtira, Holland kiseb liċenzja UEFA A bħala kowċ kif ukoll ċerifikazzjoni bħala Match Analyst u kkowċja f’livell ta’ youths lil Melita F.C., Sliema Wanderers FC, Hamrun Spartans, Floriana FC u Birkirkara F.C. Huwa ħadem ukoll mal-iskwadri ewlenin ta’ Hamrun Spartans Football Club, Floriana FC u Birkirkara F.C. fejn serva bħala Assistent Kowċ.
//= $special ?>