Internazzjonali

L-ewwel tgħabija qamħ mill-bidu tal-gwerra titlaq mill-Ukrajna

L-ewwel vapur mgħobbi bil-qamħ mill-bidu tal-kunflitt telaq mill-belt ta’ Odessa.

Il-vapur mistenni jitlaq mill-Ukrajna wara li f’Lulju, ir-Russja u l-Ukrajna ffirmaw ftehim biex jerġgħu jinfetħu l-portijiet fil-Baħar l-iswed.

Iż-żewġ pajjiżi ma ffirmawx il-ftehim bejniethom iżda kemm ir-Russja kif ukoll l-Ukrajan ffirmaw ftehim separat mat-Turkija.

Permezz ta’ dan il-ftehim, reġa’ sar possibbli it-trasport ta’ 22 miljun tunnellata qamħ u prodotti oħra agrikoli li ilhom imwaħħla fil-portijiet tal-Baħar l-Iswed minħabba l-gwerra.

Il-kunflitt bejn iż-żewġ pajjiżi wassal għal kriżi globali meta l-Ukrajna hi fost waħda mill-akbar produttriċi esrportattriċi ta’ qamħ.

Il-bastiment Razoni, rreġistrat fi Sierra Leone, telaq għall-ħabta tat-8,30am u jinsab fi triqtu lejn il-Lebanon.