Internazzjonali

L-Iran: ‘Kapaċi jipproduċi l-bombi atomiċi’

L-Iran ħabbar ii laħaq il-kapaċità li jipproduċi bombi atomiċi. Dan qaluh l-awtoritajiet fl-Iran li huma responsabbli mill-Enerġija Atomika.

Għalkemm teoretikament dan it-tragward huwa possibbli għar-reġim fundamentalista, l-Iran stqarr li mhux ipprogrammat (għalissa) biex jibda l-produzzjoni ta’ dawn it-tipi ta’ bombi – anki jekk il-kapaċità għadha hemm.