Matul il-jum tat-Tnejn tħabbru b’mod uffiċjali l-partiti tal-ewwel round tal-Kampjonat Premier fejn fl-ewwel ġurnata se jispikkaw il-partiti bejn Valletta u Hibernians kif ukoll dik bejn Ħamrun Spartans u Marsaxlokk.
Il-Kampjonat Premier se jibda l-Ġimgħa 19 ta’ Awwissu bl-ewwel ġurnata tintemm l-għada s-Sibt. Il-ħinijiet għalissa, għall-partiti se jkunu fis-6.30pm u fid-8.45pm, fl-istadja fejn se jintlagħbu żewġ partiti u fis-7.30pm, fl-istadium fejn se tkun qed tintlagħab partita waħda.
Il-partita kollha fl-ewwel ġurnata:
Il-Ġimgħa 19 ta’ Awwissu: Stadium Nazzjonali: Birkirkara v Sirens 6.30pm, Valletta v Hibernians 8.45pm Centenary Stadium: Balzan v Żebbuġ R. 7.30pm Is-Sibt 20 ta’ Awwissu: Stadium Nazzjonali: Ħamrun v M’xlokk 6.30pm, Floriana v Pietà H. 8.45pm Tony Bezzina Stadium: Gżira U. v Santa Lucia 6.30pm, Mosta v Gudja U. 8.45pm
//= $special ?>