Mara ta’ 42 residenti Ħaż-Żebbuġ tittieħed l-Isptar wara inċident tat-traffiku f’Selmun.
Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4pm, fit-telgħa ta’ Selmun.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn żewġ vetturi, waħda tat-tip Audi TT misjuqa minn raġel ta’ 32 sena, residenti n-Nadur Għawdex, u vettura oħra tat-tip Hyundai I10, misjuqa minn mara ta’ 42 residenti Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza sabiex jassistu lill-vittmi involuti. Filwaqt li r-raġel lta’ 32 sena ma soffra l-ebda ġrieħi, ix-xufiera tal-vettura tat-tip Hyundai ittieħdet l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>