Sport Sport Ieħor

Tenishia Thornton fl-azzjoni fil-Logħob tal-Commonwealth

Fil-Logħob tal-Commonwealth f’Birmingham ilbieraħ kienet fl-azzjoni Tenishia Thornton li fil-weightlifting fil-kategorija 59 kilogram fl-ewwel esperienza tagħha f’dan il-logħob temmet fit-tmien post minn 11-il parteċipant. Clementina Ciana Agricole ta’ Seychells ma’ temmitx il-kompetizzjoni b’Marylna Marcus Marcita tal-Malasja u Su En Sarah Ang ta’ Singapore itemmu wara Thornton.

Tenishia Thornton refgħet 78 kilo fis-snatch filwaqt li falliet żewġ tentattivi ta’ 80 kilo filwaqt li fil-clean & jerk l-aħjar refgħa tagħha kienet ta’ 100 kilo wara li falliet żewg tentattivi ta’ 103 kilo. Il-kompetizzjoni intrebħet minn Rafiatu Folashade Lawal tan-Niġerja b’total ta’ 200 kilo qabel Jessica Gordon Brown tar-Renju Unit b’ 197 kilo u Tali Dorsigny tal-Kanada b’ 196 kilo.