L-ewwel darba li dehret fuq it-televiżjoni kienet xi ħaġa mhux solita; li tara attirci sewda fis-snin 60 fi produzzjoni tant popolari bħal ma kienet Star Trak.
Illum, id-dinja qed issellem lil Nichelle Nichols li mietet fl-età ta’ 89 sena.
Nichols tant kissret sterjotipi bir-rwol tagħha f’din il-produzzjoni, li n-NASA kienet tatha impjieg biex tħajjar aktar tfajliet ifittxu professjoni bħala astronawti.
L-aħbar tal-mewt ta’ Nichols ingħatat minn binha, illi stqarr li d-dawl tagħha se jibqa’ jiddi bħal galassji, u se tibqa’ tkun ta’ ispirazzjoni għall-ġenerazzjonijiet futuri.
//= $special ?>

