Sewwieq u l-passiġieri li kienu rekbin jistgħu faċilment jgħodduha b’waħda wara li nqalbu bil-karozza fil-Marsa.
Il-każ seħħ fi fi Triq Stiefnu Zerafa, kantuniera ma’ Triq Zimelli, fil-Marsa, għall-ħabta tas-5.45pm meta għal xi raġuni mhux magħrufa s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Peogeot, ħabat ma’ karozza oħra tat-tip Mazda Demio, bil-konsegwenza li l-vettura tat-tip Peogeot nqelbgħet.
Fuq il-post ssejjħu l-Pulizija u tim mediku sabiex jgħati l-assistenza meħtieġa lill-vittmi involuti, iżda sa issa l-kundizzjoni tax-xufiera involuti f’dan il-każ għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>