Futbol Sport

Aaron Ramsey jilħaq ftehim ma’ Nice

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder ta’ 31 sena Aaron Ramsey ingħaqad ma’ Nice wara li nħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Juventus. Din l-aħbar ittemm kull spekulazzjoni dwar il-futur tal-eks midfielder ta’ Arsenal fost l-oħrajn wara xniegħat li jista jirritorna ma’ wieħed mill-eks klabbs tiegħu, Cardiff City jew Nottingham Forest.

Ramsey ingħaqad ma’ Juventus fl-istaġun 2019/20 meta ffirma kuntratt ta’ erba’ snin meta l-kuntratt tiegħu mal-Gunners u kien qed jirċievi paga rrapurtata li tlaħħaq l-£400,000 ma’ Juventus. Ramsey lagħab total ta’ 48 partita ma’ Juventus bil-maġġor parti jkunu apparenzi bħala sostitut u f’Jannar tal-istaġun li għadda ingħaqad ma’ Rangers b’self.

Ma’ Rangers Ramsey wasal sal-Finali tal-Europa League li l-Iskoċċiżi tilfu kontra Eintracht Frankfurt tal-Ġermanja.

Nice mistennija jiksbu wkoll lill-goalkeeper ta’ Leicester CIty Kasper Schmeichel li mistenni jasal Franza għada sabiex jgħamel it-testijiet mediċi u jiffirma kuntratt ta’ tliet snin mal-Les Aiglons wara 11-il sena mal-Foxes.