Lokali

Avviż biex ma jsirx għawm fl-inħawi tal-Balluta

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba kontaminazzjoni mikrobijoloġika li affettwat il-kwalità tal-ilma baħar u qed tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema, fil-Balluta (Madwar il-klabb tal-Waterpolo) u Tas-Sliema.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lid-Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tattelefon – 2133 7333 mis-7:00 ta’ filgħodu sat-3:00 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt, wrau.ehd@gov.mt u complaints.ehd@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.