Il-linja tal-ajru British Airways issospendiet il-bejgħ ta’ biljetti tal-ajru għal titjiriet minn Heathrow għal tal-anqas ġimgħa.
Dan jinkludi titjiriet lejn Malta.
Tfittxija għal titjiriet lejn Malta minn Heathrow ghal din il-ġimgħa filfatt turi li mhux possibbli tibbukkja titjira tal-British Airways mill-ajruport ta’ Heathrow u bħala alternattiva tissuġġerixxi titjira mill-ajruport ta’ Gatwick.
Fl-aħħar ġimgħat numru ta’ linji tal-ajru madwar id-dinja ħassru eluf ta’ titjiriet hekk kif l-industsrija qed tbati minn nuqqas kbir ta’ ħaddiema.
Dan qed iwassal għal delays kbar fost il-ħafna frustrazzjoni ta’ bosta li kienu qed jistennew bil-ħerqa li jkunu jistgħu jivvjaġġaw wara sentejn pandemija.
L-ajruport ta’ Heathrow poġġa limitu fuq in-numru ta’ passiġġieri li għandhom jgħaddu mit-terminals tiegħu minħabba l-iskarsezza ta’ ħaddiema.
Heathrow jara ‘l fuq minn 200,000 passiġġier KULJUM f’perjodu normali ta’ vvjaġġar.
//= $special ?>