Lokali Saħħa

F’Malta, s’issa kellna 24 każ ta’ Monkeypox

Sa issa f’pajjiżna ġew irreġistrati total ta’ 24 każ ta’ Monkeypox.

Dan qalu kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa lil Net News fejn indika li mill-24 każ fadal 14 li huma attivi bħalissa.

L-età medja ta’ dawk li huma infettati bil-virus bħalissa hija ta’ 34 sena.

Ġimgħa ilu, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikkjarat il-Monkeypox bħala emerġenza ta’ saħħa pubblika. Dan hekk kif iktar minn 16,000 każ kien rappurtat f’75 pajjiż madwar id-dinja.

Tliet ijiem ilu l-awtoritajiet Spanjoli rrappurtaw l-ewwel vittma tal-Monkeypox f’dan il-pajjiż; li huwa wkoll l-ewwel persuna li miet fl-Ewropa kaġun ta’ dan il-virus.

Din hija t-tieni fatalità barra mill-Afrika. Il-persuna l-oħra li mietet kienet fil-Brażil.