Futbol Sport

Fulham jakkwistaw lil Bernd Leno

It-tim neo promoss tal-Premiership Ingliż Fulham akkwistaw lil goalkeeper ta’ 30 sena Bernd Leno mingħand Arsenal għas-somma rrapurtata ta’ £8 miljuni. Leno ingħaqad ma’ Arsenal 2018/19 u minn dakinhar l’hawn lagħab total ta’ 125 partita mal-Gunners. L-istaġun li għadda Leno tilef postu wara li Arsenal akkwistaw lil mingħand Sheffield United li bil-wirjiet eċċezzjonali tiegħu ma’ damx ma’ sar l-ewwel preferenza ta’ Mikel Atreta bejn il-lasti ta’ Arsenal.

Leno jinsab fi Craven Cottage sabiex jagħmel it-testijiet mediċi u aktar tard jiffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Fulham. Intant Fulham jidher li se jkunu sfurzati jerġgħu jidħlu fis-suq tat-trasferimenti hekk kif jidher li l-attakkant Harry Wilson sofra injury waqt partita ta’ ħbiebrija bil-bibien magħluqa b’rapporti qed jgħidu li jista jkun li l-injury se tkun fit-tul għalkemm mistennija jsiru aktar testijiet.