Futbol Sport

Imut Hans Bangerter, eks Segretarju Ġenerali tal-UEFA

Tħabbret il-mewt ta’ Hans Bangerter, eks Segretarju Ġenerali tal-UEFA għal 28 sena bejn l-1960 u l-1988. Bangerter, li kellu 98 sena kien wieħed mill-pijunieri fl-iżvilupp tal-UEFA fil-bidu tagħha kif ukoll ħadem fl-innovazzjoni tal-logħba tal-football kif nafuha llum.

Il-President tal-UEFA Aleksander Čeferin qal li l-assoċjazzjoni tinsab imnikkta bl-aħbar tal-mewt ta’ Bangerter li kellu rwol kruċjali fl-iżvilupp tal-istess assoċjazzjoni kif ukoll fiż-żminijiet li l-logħba tal-footbal Ewropea kienet għaddejja minn bidliet importanti. Ceferin qal li l-Iżvizzeru, mingħajr daqq ta’ trombi, kellu rwol importanti fil-maturità tal-UEFA u matul iż-żmien kien igawdi minn rispett għad-diplomazija u l-kwalitajiet fit-tmexxija.