Lokali

Iweġġa’ gravi wara inċident bil-mutur

Ritratt: Martin Agius

Raġel iddaħħal l-Isptar bi ġrieħi gravi wara li allegatament kien involut f’inċident bil-mutur.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija irriżulta li għall-ħabta tal-5:30am, ir-raġel ta’ 43 sena residenti n-Naxxar għal xi raġuni waqa’ wara li laqat il-bankina waqt li kien qed isuq mutur Piaggio Vespa fi Triq San Pawl tal-Qlejja, il-Mosta.

Huwa kompla jsuq lejn l-Imġarr u aktar tard ittieħed minn xi qraba l-isptar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.