Lokali

Jaħarbu bil-flus wara hold-up f’San Ġwann

Żewġ irġiel armati irnexxielhom jaħarbu wara li wettqu hold-up minn ħanut f’San Ġwann tard ilbieraħ bil-lejl.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-1045:pm f’ħanut tal-logħob fi Triq in-Naxxar.

Il-Pulizija issejħu fil-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li żewġt irġiel mgħammda u armati b’arma tan-nar, daħlu fil-ħanut, serqu ammont ta’ flus kontanti mill-kexxun tal-flus u ħarbu mill-post.

Waqt is-serqa, fil-ħanut kien hemm kaxxiera ta’ 30 sena u klijent ta’ 24 sena li ma sofrew ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u t-tfittxija għaż-żewġt irġiel involuti fis-serqa għadhom għaddejjin.