Futbol Sport

Jittellgħu il-poloz tal-Play Offs tal-Uefa Europa Conference League

It-Tlieta wara nofsinhar, F’Nyon l-Iżvizzera ttellgħu il-poloz u saru magħrufa it-timijiet li jgħaddu mit-Tielet Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-Europa Conference League ma’ min jistgħu jiltaqgħu fil-Play Offs, l-istadju ta’ qabel il-gruppi tal-istess kompetizzjoni.

Fost dawn l-attenzjoni ovjament fuq it-tliet timijiet Maltin li se jkunu fl-azzjoni nhar l-Erbgħa u l-Ħamis hekk kif issa it-tlieta li huma jafu min jista jkun l-avversarju li jmiss ġa la darba jkomplu javvanzaw.

Gżira United, li se jilgħabu għada barra minn darhom kontra Wolfsberger tal-Awstrija jistgħu jiġu ma’ wieħed minn FK Molde tan-Norveġja jew Kisvarda FC tal-Ungerija.

Iċ-champions lokali Hibernians, li se jkunu fl-azzjoni l-Ħamis kontra RFS tal-Latvja ukoll barra minn darhom, f’każ li jagħmluha għar-rawnd li jmiss jaffrontaw lil Linfield FC tal-Irlanda ta’ Fuq jew lil FC Zurich tal-Iżvizzera.

Ħamrun Spartans, li ukoll jilgħabu l-Ħamis kontra Levski Sofia tal-Bulgarija fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali jistgħu jiġu kontra AEK Larnaka ta’ Ċipru jew FK Partizan tas-Serbja.

Il-Play Offs jintlagħbu fit-18 u l-25 ta’ Awwissu.